Kontinġent ta’ sitt atleti mill-Brazilian Top Team Malta ħadu sehem fil-Kampjonat tal-Ewropa IBJJF JiuJitsu No-Gi li sar fil-Palazetto dello Sport Pellicone f’Lido d’Ostia, fl-Italja. Fost is-sitt atleti Brazilian Top Team Malta rebħu żewġ midalji tad-deheb u tnejn tal-fidda
Fil-kategorija Master 2 – 73.50 kilo Cvetan Mihajlovic rebaħ il-midalja tad-deheb wara li fil-finali għeleb lil Angelo Marcello Salini filwaqt li fil-proċess kien elimina lil Christopher Valerio.
Fil-kategorija Master 1 Light Feather weight 61.50 kilo, midalja tad-deheb għal Jose Luis Sastoque Garcia li wara li elimina lil Mohammed Abdul Hannan rebaħ il-finali kontra Unai Garnendia Maeztu.
Fil-kategorija tan-nisa Master 3 – Featherweight 56.50 kilo, Alice Nicoletta Agostini kisbet il-midalja tal-fidda fejn wara li għelbet lil Giselle Canuto Virginho tilfet fil-finali kontra Sana El Aarbaoui ta’ Singapore.
Midalja tal-fidda nkisbet ukoll minn Murman Korchilava fil-Kategorija Lightweight 73.0 kilo wara li għeleb lil Kevin Viseth Var u Augusto Jose Acosta Car, fil-finali safa’ megħlub minn Colm Curley.
Fl-istess kompetizzjoni ħadu sehem ukoll Bartolomiej Sitek fil-Kategorija Master 3 Light weight 73.50 kilo u David Josè Sherwood fil-Kategorija Master 4 Medium Heavyweight 85.50 kilo.
//= $special ?>