Knisja Lokali

Festa tal-Qaddisin u t-tifkira tal-mejtin

Ritratt: Arċidjoċesi ta' Malta - Ian Noel Pace

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Novembru, tiġi ċċelebrata l-festa tal-Qaddisin kollha. L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa fil‑Festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana għada l‑Ġimgħa, l‑1 ta’ Novembru 2024, fid-9:30am.

L‑għada s‑Sibt, 2 ta’ Novembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għall‑mejtin kollha fil‑Kappella tax‑Xirka tad‑Duluri fiċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, u t‑Tlieta, 5 ta’ Novembru, fis‑6pm, Mons. Arċisqof se jmexxi quddiesa għall‑erwieħ tas‑saċerdoti u r‑reliġjużi li mietu fl‑aħħar tnax‑il xahar. Din il‑quddiesa ssir kull sena fl‑ewwel Tlieta ta’ Novembru biex tonora u tfakkar lil dawn ħutna li ddedikaw ħajjithom għas‑servizz tal‑Mulej u tal‑oħrajn.