Il-Lvant u n-Nofsinhar ta’ Spanja ġew milqutgħa minn fenomenu ambjentali li s’issa ħasad il-ħajja ta’ 51 persuna, filwaqt li madwar 12-il persuna ġew irrapurtati nieqsa.
Il-Gvern Spanjol inkariga lill-militar biex jassisti lill-Pulizija tal-lokal.
S’issa l-iskejjel u l-avvenimenti sportivi ġew sospiżi u l-postijiet pubbliċi qed jinżammu magħluqin.
L-ajruport ta’ Valencia mhux qed jilqa’ titjiriet, u qed jiddevja titjiriet għal ajruporti oħra. Il-ferrovija qed tinżamm magħluqa sakemm tiġi kkunsidrata li mhux ta’ periklu għall-passiġġieri, minħabba li ferrovija ta’ veloċità għolja nqalgħet minn mat-trakka waqt li kellha madwar 276 passiġġier fuqha. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Preżentament qed jintużaw ħelikopters biex jevakwaw residenti li nqabdu f’darhom jew fil-karozzi fil-villaġġ ta’ Alora, f’Andalusia, minħabba overflow tax-xmara fil-vicin. Fil-belt ta’ Valencia, pont spiċċa fix-xmara ta’ Utiel-Requena minħabba l-għargħar enormi.
Xjentisti qalu li dan il-maltemp huwa kawża ta’ arja kiesħa li qed tersaq lejn il-baħar Mediterran li ħolqot xita qawwija. Ix-xita hija mbassra li għandha ddum sal-Ħamis. L-esperti enfasizzaw li minħabba t-tibdil fil-klima, dawn il-fenomini qed isiru iżjed intensivi.
//= $special ?>