Il-plejer Manuel Xerri ta’ Qala Saints FC u l-goalkeeper ta’ Żebbuġ Rovers Leonard Cammilleri, offrew lill-goalkeeper ta’ Nadur Youngsters Steve Sultana xogħol mal-gvern jekk jgħin lill-Qala Saints jirbħu l-kampjonat tal-futbol ta’ Għawdex.
Hekk intqal wara li Manuel Xerri u Leonard Camilleri tressqu fil-Qorti ta’ Għawdex din il-ġimgħa akkużati b’korruzzjoni fil-futbol.
Dan wara investigazzjoni dwar partita tal-Kampjonat Għawdxi tal-ewwel diviżjoni bejn Nadur Youngsters u Qala Saints, fil-Gozo Stadium f’Marzu li għadda, li spiċċat f’parita ta’ 1-1.
B’Nadur Youngsters eventwalment spiċċaw ħadu t-titlu b’żewġ punti qabel Qala Saints. Madanakollu ż-żewġ plejers qed jiġu akkużati li huma ppruvaw ixaħħmu lill-goalkeeper ta’ Nadur Youngsters, Steve Sultana, biex iħallu lil Qala Saints jirbħu l-logħba u eventwalment it-titlu.
Il-każ imur lur għal 5 ta’ Marzu, fejn Steve Sultana allegatament ġie kkuntattjat minn Leonard Camilleri, li hu wkoll eks goalkeeper tmal-istess klabb tan-Nadur, b’hekk ukoll l-allegatament involviment tiegħu.
F’dik it-telefonata fuq WhatsApp, Camilleri allegatament għadda messaġġ mingħand Qala Saints FC. Messaġġ li fih kienu qed joffru lil Sultana impjieg mal-gvern jekk jiffaċilitalhom il-kampjonat.
Dik l-offerta allegatament seħħet qabel iż-żewġ timijiet kellhom jiffaċċjaw lil xulxin f’partita fis-17 ta’ Marzu, b’Leonard Camilleri allegatament imqabbad jgħaddi l-messaġġ tal-Club ta’ Qala Saints.
Tajjeb insemmu wkoll li Noel Mizzi, President tal-Club ta’ Qala Saints, huwa wkoll ix-xufier tal-Ministru Clint Camilleri, u fl-istess ħin il-Viċi Sindku Laburista tal-lokalità tal-Qala.
Dan wara li hemm ukoll allegazzjonijiet li l-istess xufier tal-Ministru u President tal-Club ta’ Qala Sains FC, Noel Mizzi, issemma f’xi telefonati rrekordjati bejn iż-żewġ plejers.
//= $special ?>