Edukazzjoni Lokali

Il-UPE tinsab diżappuntata bil-Budget li ġie ppreżentat

Il-Union of Professional Educators (UPE) tinsab diżappuntata bil-Budget ta’ din is-sena.

Fi stqarrija, il-UPE qalet li l-Gvern għażel li jippreżenta Budget li għogbu, li jiffoka fuq ix-xinxilli u injora l-aspetti kruċjali li kellhom jiġu indirizzati għas-settur edukattiv; fosthom l-arranġamenti li ġew imwiegħda lill-edukaturi.

Il-UPE fakkret li fl-2021 il-Gvern iffirma ftehim li illimita d-dritt tal-libertà ta’ assoċazzjoni tal-edukaturi li mar kontra deċiżjoni tal-Ombudsman u d-deċiżjoni tal-Prim Imħallef Vincent De Gaetano.

Ir-rapport ikkonkluda li dan l-agreement kiser id-dritt tal-libertà tal-espressjoni li għandna fil-Kostituzzjoni u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem minħabba l-ordni li nħarġet li waqqfet lill-edukaturi milli jitkellmu fil-pubbliku.