Juventus ġew miżmuma f’darhom minn Parma bl-iskor ta’ 2-2.
Juventus marru minn taħt wara biss tliet minuti logħob minn daqqa ta’ ras stupenda ta’ Enrico Del Prato mill-viċin. Il-Bianconeri għamlu l-iskor indaqs fil-31 minuta minn skambju tajjeb tal-Amerikani Weah u McKennie, bil-midfielder Weston McKennie jiskorja daqqa ta’ ras tajba.
Parma ma damux ma jerġgħu jmorru fil-vantaġġ hekk kif fit-38 minuta Sohm ikkonkluda bis-saħħa l-pass ta’ Man. Juventus irnexxielhom jiskorjaw fid-49 minuta minn Weah li kkonkluda l-azzjoni tajba ta’ Conceicao mil-lemin.
Inter komplew il-pressjoni fuq Napoli li bħalissa qed jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika b’total ta’ 25 punt, 4 punti iktat minn Inter fit-tieni post, hekk kif għelbu lil Empoli 3-0 fi Stadio Caralo Castellani.
Inter ħasbu li fetħu l-iskor wara 20 minuta hekk kif id-difensur laterali Matteo Darmian sab ix-xibka mill-pass ta’ Mkhitaryan, madankollu l-gowl ġie kkanċellat wara konsultazzjoni tal-VAR li sabet li Darmian miss il-ballun b’idejh. Empoli spiċċaw jilagħbu b’għaxra hekk kif tkeċċa Goglichidze wara mli kkometta foul fuq Marcus Thuram.
Inter stennew sal-50 minuta biex fetħu l-iskor permezz ta’ kross għoli tad-difensur Bastoni li jsib lil Darmian, bil-laterali jniżżel il-ballun għal Frattesi li jixħet ġewwa. Inter irdoppjaw l-iskor fis-67 minuta meta Davide Frattesi skorja d-dopjetta personali din id-darba mill-assist ta’ Lautaro Martinez, bl-istess Martinez isib ix-xibka fid-79 minuta għat-tielet gowl.
Atalanta telgħu fit-tielet post b’rebħa kontra Monza bl-iskor ta’ 2-0. L-eks midfielder ta’ Udinese Samardzic isib ix-xibka fis-70 minuta b’ Davide Zappacosta jirdoppja fit-88 minuta.
SERIE A
It-Tlieta
Cagliari v Bologna 0-2
Lecce v Verona 1-0
Milan v Napoli 0-2
Illum
Empoli v Napoli 0-3
Venezia v Udinese 3-2
Atalanta v Monza 2-0
Juventus v Parma 2-2
Għada
Genoa v Fiorentina 6:30pm
Como v Lazio 8:45pm
Roma v Torino 8:45pm