Fir-raba’ rawnd tal-EFL Cup, Manchester City sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun hekk kif Tottenham Hotspur avvanzaw għall-kwartifinali b’rebħa stupenda ta’ 2-1.
Timo Werner jiftaħ l-iskor wara ħames minuti logħob b’xutt fir-rokna t’isfel tal-lemin mill-assist ta’ Kulusevski, bit-tieni gowl jasal fil-25 minuta minn Pape Sarr b’gowl mill-isbaħ minn barra l-kaxxa, b’Dejan Kulusevski jagħti t-tieni assist tal-partita.
Il-midfielder Matheus Nunes irenxxielu jsib ix-xibka qabel tmiem l-ewwel taqsima, però s-Citizens ma rnexxielhomx jagħmlu l-iskor indaqs.
Manchester United rebħu l-ewwel partita tagħhom taħt it-tmexxija tal-interim kowċ Ruud Van Nistelrooy bl-iskor kbira ta’ 5-2 fuq Leicester City.
Prestazzjoni tajba mill-attakkant laterali Arġentin Garnacho li sab ix-xibka għall-ewwel darba wara kwarta logħob b’xutt minn barra l-kaxxa mill-assist ta’ Casemiro.
Ir-Red Devils u Garnacho rdoppjaw l-iskor fit-28 minuta, din id-darba b’xutt mill-viċin mill-kross ta’ Dalot.
Leicester City skorjaw gowl 5 minuti wara permezz ta’ Bilal El Khannous meta kkonkluda minn tarf il-kaxxa bil-ballun jasal minn korner.
Manchester United ma damux ma jerġgħu jsibu x-xibka fis-36 minuta permezz tal-captian Bruno Fernandes bi freekick tajjeb. Conor Coady jiskorja t-tieni gowl qabel tmiem l-ewwel taqsima biex Bruno jiskorja t-tieni gowl personali u l-ħames gowl għall-United fid-59 minuta.
Intant Liverpool irnexxielhom ukoll jgħaddu għar-rawnd b’rebħa missielta ta’ 3-2 fuq Brighton, minkejja li kkonċedew żewġ gowls fl-aħħar għaxar minuti.
L-ewwel taqsima bla gowls, madankollu r-Reds ħarġu jattakkaw fit-tieni taqsima u sabu l-ewwel gowl minuta wara l-bidu tat-tieni taqsima permezz ta’ Cody Gakpo b’xutt għoli mill-assist taż-żagħżugġ Morton. L-Olandiż Cody Gakpo jiskorja t-tieni gowl tal-partita fit-63 minuta.
Brighton jirnexxielhom isibu gowl lura u jibdew it-triq għar-rimonta sorprendenti fil-81 minuta permezz ta’ Simon Adingra, madankollu gowl tal-Kolombjan Luis Diaz 4 minuti wara jkun biżżejjed għar-rebħa ta’ Liverpool. Il-gowl skorjat minn Tariq Lamptey fid-90 minuta jkun biss ta’ konsolazzjoni għas-Seagulls.
Chelsea sofrew telfa sorprendenti kontra Newcastle United bl-iskor finali jkun 2-0, biż-żewġ gowls jaslu fl-ewwel nofsiegħa logħob. Alexander Isak skorja l-ewwel gowl tal-partita fit-23 minuta mill-assist ta’ Tonali, biex tliet minuti wara l-Magpies irdopjjaw l-iskor meta Axel Disasi xeħet fix-xibka tiegħu stess.
Arsenal avvanza għar-rawnd li jmiss b’rebħa faċli kif kien mistenni fuq Preston North End miċ-Championship bl-iskor ta’ 3-0. Gabriel Jesus fetaħ l-iskor fl-24 minuta, qabel iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena Ethan Nwaneri skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-EFL Cup fit-33 minuta. Kai Havertz ikkonferma r-rebħa fis-57 minuta b’gowl ieħor.
Crystal Palace kisbu rebħa kruċjali fuq Aston Villa bl-iskor minimu ta’ 2-1. L-istilla Eberechi Eze kien l-awtur tal-ewwel gowl wara 8 minuti, b’Jhon Duran jillivela l-iskor fit-23 minuta. Daichi Kamada sab ix-xibka għall-gowl tar-rebħa fl-64 minuta.
EFL CUP
It-Tlieta
Southampton v Stoke C. 3-2
Brentford v Sheffield W. 1-1(5-4)
Illum
Brighton v Liverpool 2-3
A.Villa v C.Palace 1-2
Man. Utd v Leicester C. 5-2
Newcastle U. v Chelsea 2-0
Preston NE v Arsenal 0-3
Tottenham v Man.City 2-1