‘Kienet logħba importanti ħafna għalina, wara kollox bħalma huma l-logħbiet kollha għax dejjem qisek qed tilgħab finali.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-midfielder ta’ Sliema Wanderers Myles Beerman wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra ċ-Champions Ħamrun Spartans. Beerman kompla hekk: ‘Għamilna ġimgħa naħdmu fuq din il-logħba fejn mertu jrid jingħata lil kulħadd. Nemmen li ninsabu fit-triq it-tajba. Jekk nibqgħu naħdmu kif qegħdin il-futur huwa wieħed sabiħ.’
‘Għamilna dak kollu possibbli’
- Alessandro Zinnari, kowċ Ħamrun S. FC
‘L-ewwel nett irrid li nifraħ lil Sliema Wanderers tar-rebħa u t-tliet punti li kisbu. Tim tajjeb u li għandu players ta’ kwalità.’ Kliem il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans eżattament wara l-konfront kontra Sliema W. Huwa kompla jżid: ‘ Min naħa tagħna għamilna dak kollu possibbli biex forsi tal-anqas nieħdu draw minn din il-logħba. Bħalissa huwa mument delikat ħafna għalina fejn anqas ninsabu ċerti jekk hux ser inkunu mal-ewwel sitta. Sfortunatament l-iskwadra tinsab milquta minn diversi injuries fejn anki llum komplejna nżidu ma’ dawk li diġà hemm. Iżda rridu nkomplu l-ġlieda tagħna sal-aħħar.’

Ritratt: Joseph Galea
TIM TAL-ĠIMGĦA
Goalkeeper: Matthias Debono (Naxxar Lions)
Difensuri: Kurt Shaw (Hibernians), Agustin Sandona (Birkirkara), Murilo Freire (Sliema Wanderers), Clayton Failla (Mosta), Myles Beerman (Sliema Wanderers)
Midfielders: Cain Attard (Birkirkara), Dunstan Vella (Floriana), Alexander Satariano (Birkirkara)
Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Franklin Sasere (Floriana)
| KLASSIFIKA | PARTITI | PUNTI |
| Birkirkara | 9 | 25 |
| Floriana | 9 | 19 |
| Sliema Wanderers | 9 | 18 |
| Hibernians | 9 | 17 |
| Mosta | 9 | 12 |
| Ħamrun Spartans | 9 | 11 |
| Gżira United | 9 | 11 |
| Melita | 9 | 9 |
| Marsaxlokk | 9 | 8 |
| Balzan | 9 | 8 |
| Naxxar Lions | 9 | 7 |
| Żabbar St.Patricks | 9 | 4 |
LOGĦOB LI JMISS
Il-Ġimgħa, 1 ta’ Novembru. 2024
Tony Bezzina Stadium
6.00pm Floriana vs Sliema W.
8.30pm Balzan vs Hibernians
Is-Sibt, 2 ta’ Novembru, 2024
Tony Bezzina Stadium
3.00pm Ħamrun S. vs M’Xlokk
5.30pm Gżira Utd. vs Żabbar SP
Centenary Stadium
7.00pm Melita vs Mosta
Victor Tedesco Stadium
7.00pm B’Kara vs Naxxar L.
| L-AQWA SKORERS | GOWLS |
| Maxuell Maia (Birkirkara) | 8 |
| Franklin Sasere (Floriana) | 7 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 5 |
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 5 |
| Gabriel Mentz (Gżira United) | 4 |
| Andre (Melita) | 4 |
| Alex Tanque (Marsaxlokk) | 4 |
| Udoyen Akpan (Balzan) | 4 |
| CLEAN SHEETS | PARTITI |
| Birkirkara | 6 |
| Sliema Wanderers | 5 |
| Floriana | 4 |
| Hibernians | 4 |
| Gżira United | 2 |
| Mosta | 2 |
| Melita | 2 |
| Ħamrun Spartans | 1 |
| Balzan | 1 |
| Naxxar Lions | 1 |
| Żabbar St.Patricks | 1 |
| Marsaxlokk | 0 |


