Tenishia Thornton żiedet riżultat ieħor mill-aqwa mal-aħħar kisbiet tagħha fil-weightlifting internazzjonali wara li saret champion tal-Ewropa fil-Kampjonati Kontinentali tal-Juniors, f’Varsavja, il-Polonja.
Thornton bdiet fis-Snatch b’lift impressjonanti ta’ 86kg, iżda d-drama żdieded meta falliet bi ftit it-tieni tentattiv tagħha f’89kg. Madankollu, Thornton marret għall-aħħar tentattiv tagħha ta’ 89kg. Ma’ fallietx sabiex spiċċat qabel Yezda Akar tat-Turkija fit-tieni post bi 88kg u Lavinia Magistris, tal-Italja, fit-tielet post b’ 87kg.
Fil-Clean and Jerk Thornton bdiet b’mod qawwi minn 107kg, marret għal 110kg, iżda tfixklet fuq il-jerk f’mument meta r-Rumena Anca Giorgiana Grosu telgħet għal 111kg, b’ Thornton sabet ruħha dak il-ħin fir-raba’ post. Madankollu Thornton marret għal refgħa ta’ 112-il kilo u ma fallietx.
Dan il-lift eċċezzjonali mhux biss assigura post tagħha fl-ewwel post iżda wkoll għamlet rekord nazzjonali ġdid għall-ovazzjoni tal-folla preżenti.
//= $special ?>