Żejtun Band Club Rosso 33 baqgħu jżommu r-rekord tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun meta kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva din id-darba kontra Sliema Lounge A bl-iskor ta’ 7-1.
Fit-tieni post hemm Birgu Boċċi Club A li għelbu lil Żejtun Laċċi Maypole 8-0, l-istess kif għamlu ċ-champions Floriana Ajax SC A kontra Juventutis Domus.
Floriana Ajax MCP kisbu rebħa tajba ta’ 6-2 kontra Ħamrun Bayern.
It-tieni diviżjoni
Fit-tieni diviżjoni, hemm żewġ timijiet fl-ewwel post, iġifieri Duke’s Darts Team A u Birgu Boċċi Club B.
Il-Ġirbin għelbu lil Beland 5-3 f’logħba missielta filwaqt li Duke’s rebħu 6-2 lil Żejtun Laċċi Reds 6-2.
Żejtun Band Club B rebħu 5-3 kontra Top Gun Marsa filwaqt li kellna logħba ferm bilanċjata bejn Cox Bar u PO’s Bar Gudja bl-iskor finali jkun dak ta’ 4-4.
It-tielet diviżjoni
Fit-tielet diviżjoni, Titans tal-Balklor u MMG Darts Team iltaqgħu kontra xulxin fid-dwell tal-ewwel post u spiċċaw fi draw ta’ 4-4. Anke l-konfront bejn Munchies u Mqabba tal-Ġilju ntemm bl-istess skor filwaqt li Nicolo Isouard u Sliema Lounge B irreġistraw rebħiet importanti kontra Duke’s B (5-3) u Żurrieq FC (6-2) rispettivament.
KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI
Rosso 33 DT 12; Birgu Boċċi Club A, Floriana Ajax SC A 9; Ħamrun Bayern, Floriana Ajax SC MCP 6; Juventutis Domus, Sliema Club Lounge A 3; Żejtun Laċċi Maypole 0.
KLASSIFIKA – MDA T-TIENI DIVIŻJONI
Duke’s Darts Team A, Birgu Boċċi Club B 10; Top Gun Bar DT, Żejtun Band Club 7; Beland Band Club 4; Żejtun Laċċi Reds 3; Cox Bar 2; PO’s Darts Club 1.
KLASSIFIKA – MDA T-TIELET DIVIŻJONI
Titans tal-Balklor Senglea, MMG Darts Team 10; Nicolo Isouard Bar Mosta 9; Munchies, Tal-Ġilju DT 7; Sliema Club Lounge B 3; Duke’s Darts Team B, Żurrieq FC DT 0.
//= $special ?>