Il-Partit Nazzjonalista sostna kif għaddiet aktar minn ġimgħa minn meta kien żvelat li priġunier ammetta li qatel priġunier ieħor fit-Taqsima tal-Forensika tal-Isptar Monte Carmeli, u għall-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol qisu xejn mhu xejn.
Fi stqarrija, ix-Shadow Minister Darren Carabott filwaqt li fisser li jridu jiġu rispettati l-proċessi ġudizzjarji li għadhom għaddejjin, il-Partit Nazzjonalista jemmen li għandu jkun magħruf x’passi ttieħdu jew se jittieħdu biex nassiguraw li każi bħal dawn ma jerġgħux iseħħu.
Dan aktar u aktar meta l-ewwel ingħad pubblikament li din kienet mewta kaġun ta’ inċident li seħħ meta l-priġunier żelaq u ħabat rasu, imma mbagħad saret l-allegazzjoni serja ta’ qtil f’entità taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern.
Anke fuq dan il-każ serju, is-silenzju mill-Ministru jtarrax.
//= $special ?>