Il-Mobile Blood Donation Unit se jkompli jkun preżenti fil-komunità biex aktar nies jitħajru jagħtu d-demm matul ix-xahar ta’ Novembru kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Nhar il-Ħadd li ġej, 3 ta’ Novembru, il-Mobile Blood Donation Unit se jkun f’Marsascala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mit-8.30am sas-1pm. ll-Ħadd ta’ wara, 10 ta’ Novembru, il-Mobile Unit se jkun fil-Mellieħa ħdejn Dar il-Madonna tal-Mellieha (Mellieħa Home), mit-8.30am sas-1pm.
Il-Mobile Unit se tkun ukoll nhar it-Tlieta 19 ta’ Novembru f’Mater Dei Hospital ħdejn id-Day Care
mit-8.30am sas-1pm.
Il-Ħadd 17 ta’ Novembru, il-Mobile Unit ikun f’Ħaż-Żabbar fi Pjazza Medjatriċi mit-8.30am sas-1pm u l-Ħadd 24 ta’ Novembru f’Raħal Ġdid (Paola) ħdejn Kinisja Parrokkjali mit-8.30am sas-1pm.
F’Għawdex, l-għoti tad-demm jista’ jsir fil-Berġa tax-Xewkija nhar il-Ħadd li ġej 3 ta’ Novembru u l-Ħadd 17 ta’ Novembru mit-8am mis-1pm, it-Tlieta 12 ta’ Novembru u t-Tlieta 26 tax-xahar mis-1pm sal-5pm.
Ftakar li d-demm dejjem hu bżonjuż. Id-demm tiegħek jista’ jsalva ħajja.
//= $special ?>