Il-Qorti ċaħdet it-tieni talba mill-avukati difensuri ta’ Lilu King biex l-arrest tiegħu jiġi ddikjarat invalidu. F’digriet maħruġ il-Ħamis, il-Maġistrat Gabriella Vella ddikjarat li l-arrest ta’ Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf ukoll bħala Lilu King, kien validu. Dan kien it-tieni attentat mit-tim tad-difiża tiegħu biex l-arrest tiegħu jiġi ddikjarat invalidu.
Lilu King qed jiġi mixli li kkawża ġrieħi ħfief u li kiser kundizzjonijiet imposti mill-Qorti. Il-Qorti semgħet il-ġimgħa li għaddiet li l-inċident inqala’ minn nuqqas ta’ ftehim bil-lingwa Għarbija bejn Elmushraty u l-vittma.
Wara s-sottomissjoni taċ-ċertifikati mediċi mill-prosekuzzjoni, l-akkużi dokumentati ġew emendati biex tirrifletti l-ġrieħi bħala gravi aktar milli ħfief, b’awtorizzazzjoni mill-Maġistrat Kevan Azzopardi. L-Avukat Josè Herrera sostna li l-arrest ta’ Elmushraty kien “totalment illegali,” u sostna li persuna tista’ tinżamm biss jew b’ordni tal-Qorti jew minħabba arrest illegali, mhux bħala parti minn proċessi ġudizzjarji.
L-Avukat Franco Debono żied jgħid li Elmushraty ġie arrestat abbażi tal-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja, għalkemm il-proċeduri għad iridu jibdew. L-Avukat Josè Herrera tenna li Elmushraty la huwa akkużat u lanqas mixli, u kompla jenfasizza l-invalidità tal-arrest ta’ Elmushraty
L-Ispettur Eman Hayman stqarr li espert kien ikkonferma l-ġrieħi bħala “gravi”. Spjega li l-każ mexa taħt mandat ta’ arrest, maħruġ permezz ta’ rikors fil-Qorti. Żied jgħid li l-Qorti, fid-19 ta’ Ottubru 2024, ġiet infurmata li r-raġuni għall-arrest ta’ Elmushraty ma kinitx biss minħabba l-ġrieħi iżda wkoll għal allegat ksur tal-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.
L-Avukat Franco Debono temm l-istqarrijiet tad-difiża billi qal li filwaqt li l-proċeduri dwar l-akkuża ta’ ‘light injury’ spiċċaw, il-proċeduri dwar ‘grevious injury’ għad iridu jibdew. L-avukat Debono informa lill-Maġistrat li se jkun qed jippreżenta rikors ta’ habeas corpus (skrittura li teħtieġ li persuna taħt arrest titressaq quddiem imħallef jew fil-Qorti, speċjalment biex tiżgura l-ħelsien mill-arrest sakemm ma jintwerewx raġunijiet legali għad-detenzjoni tagħha). “Agħmel dak li għandek tagħmel,” wieġeb il-Maġistrat.
L-avukat Josè Herrera, Franco Debono, Martina Herrera, u Adriana Zammit kienu l-avukati difensuri. L-Ispettur Eman Hayman, is-Supretendent Mario Haber, u l-avukat Valentina Cassar mill-uffiċċju tal-AĠ mexxew il-prosekuzzjoni.
//= $special ?>