Il-Ministru tal-Finanzi jgħid mod. U dak tat-Turiżmu jgħid kompletament l-oppost.
Konfużjoni sħiħa fil-Kabinett. Bil-ħaddiema jispiċċaw vittmi ta’ din id-deċiżjoni, għaliex se jkollhom iħallsu sena żejda ta’ kontribuzzjonijiet soċjali – fi kliem sempliċi, sena extra ta’ ħlasijiet għall-NI.
Ma’ Net News, il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo waqqa’ kompletament dak li qalilna l-Ministru Michael Falzon… li huwa reponsabbli minn dan il-qasam. Fejn ħareġ ċar li Bartolo, effettivament, ma jafx x’intqal fil-Budget.
Meta pressat minn Net News, Clayton Bartolo baqa’ jgħid li mhix se tiżdied sena ta’ ħlasijiet minn naħa tal-ħaddiema.
Din id-dikjarazzjoni turi biċ-ċar kif il-ħaddiema tgħabbew b’aktar piżijiet, għaliex irid ikollhom 42 sena ta’ bolol imħallsa sabiex jikkwalifikaw għall-pensjoni sħiħa.
//= $special ?>