Huwa ċar li l-Gvern se jibqa’ jirreżisti li jneħħi t-taxxa minn fuq l-għajnuna għall-għoli tal-ħajja; għajnuna li tingħata minn min iħaddem, u li kull sena titħabbar mill-Gvern fil-Budget.
Waqt xandira fuq TVM, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana baqa’ jattakka lill-PN għax qed iressaq din il-proposta għall-ġid tal-ħaddiema.
Fl-istess programm, ix-Shadow Minister Graham Bencini insista li l-għajnuna sħiħa tal-għoli tal-ħajja (COLA) għandha tmur fil-but tal-ħaddiem. U għalhekk, Gvern ġdid Nazzjonalista jneħħi t-taxxa fuq il-COLA.
Bencini spjega kif fuq €5.24 għajnuna tal-COLA – f’każ tal-ħaddiema li jħallas taxxa bit-25% – għandek €3.93 li jmorru għand l-impjegat u €1.31 li jmorru fil-but tal-Gvern.
//= $special ?>