Nhar it-Tnejn fir-replika tal-Budget, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jagħti l-viżjoni ġdida li pajjiżna tant għandu bżonn.
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt li kien qed jiġi intervistat waqt il-programm NetLive. Fejn hu stqarr li huwa evidenti li l-Ministru Clyde Carauna jaf li l-poplu jaqbel mal-Partit Nazzjonalista li l-COLA ma għandhiex tiġi intaxxatta.
Bernard Grech sostna li huwa immorali li l-Gvern jibqa’ jieħu l-flus minn fuq il-COLA, spjega kif fost il-unions li jaqblu mal-Partit Nazzjonalista hemm il-UĦM u anke l-GWU, però Gvern Laburista immexxi minn Robert Abela qed jibqa’ jsabbat saqajh u jiddefendi din il-miżura li jintaxxa l-COLA. Għalhekk, kompla jgħid Bernard Grech, huwa Gvern Nazzjonalista biss li jista’ jagħti garanzija li jneħħi t-taxxa minn fuq il-COLA.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna wkoll li l-budget li ppreżenta Clyde Caruana ma jsolvix il-problemi li qed jaffaċċja l-poplu.
Bernard Grech saħaq li Gvern Laburista qed jisraq il-flus tal-poplu Malti u Għawdxi billi jagħmel propaganda fuq l-istazzjon tal-PBS, li għadu għaddej minkejja li l-Qorti ħarġet deċiżjoni inizjali biex din il-propaganda tieqaf. U għalhekk, kompla jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonaista, din hija prova ta’ Gvern Laburista li jibqa’ jagħmel li jrid. Fid-dawl ta’ dan kollu, Bernard Grech wiegħed li l-PN se jibqa’ jaqbeż għall-poplu u mhux ħa jħalli l-PL jikser il-liġi.
Bernard Grech aċċena wkoll għall-fatt li anke l-imsieħba soċjali qed jgħidu li dan hu budget li ma jgħinx lil faxex vulnerabbli tas-soċjetà u li huwa budget li jagħti għajnuna insinifikanti lil dawk li huma vera fil-bżonn.
Waqt din l-intervista fuq Net Television, Bernard Grech sostna kif dan il-Gvern qed jigdeb dwar is-sena addizzjonali tal-kontribuzzjoni, li ħabbar Caruana f’dan il-budget. Bernard Grech fakkar kif Gvern Laburista kien qal li l-ħaddiema barranin se jħallsu l-pensjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi, però minkejja li rajna splużjoni fil-popolazzjoni, Gvern Laburista f’dan il-Budget xorta żied sena addizjonali ta’ kontribuzzjoni.
//= $special ?>