Il-kontroversja ħarbitlu totalment minn taħt idejh.
Bla kontroll.
Il-Gvern spiċċa ma jistax ilaħħaq mat-taħwid li ġabet magħha l-mossa tal-NI. Ħafna ħaddiema frustrati għall-fatt li se jkollhom iħallsu sena extra biex jieħu l-pensjoni. U l-unions irrabjati minħabba li qatt ma ġew konsultati fuqha.
Kliem il-Ministru tal-Finanzi reġa’ kien ċar ħafna din il-ġimgħa meta tkellem fuq is-Super One. U għalkemm għall-bidu l-Gvern prova jgħid li din kienet fake news…issa Clyde Caruana qed jipprova ipinġiha daqs li kieku din is-sena extra mhi xejn.
Fuq l-istazzjon Laburista, ix-Shadow Minister għall-Finanzi Graham Bencini baqa’ jinsisti li Gvern ġdid Nazzjonalista kommess li jneħħi t-taxxa fuq il-COLA – proposta għall-ġid tal-familji, li l-Gvern qed jibqa’ jirreżisti b’saħħa.
F’nofs dan il-programm, il-Ministru spiċċa saħansitra jaqbel mal-Partit Nazzjonalista li ċertu Ministri qed itajjru l-flus bl-addoċċ. Tant li Clyde Caruana qed jappella għal-għaqal fl-infieq ta’ fondi pubbliċi.
Fuq l-istazzjon Laburista. Graham Bencini insista li l-pajjiż għandu bżonn viżjoni ekonomika – direzzjoni li ma ingħatatx f’dan il-Budget.
//= $special ?>