Lokali

Ġuvni ta’ 18-il sena jweġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fiż-Żejtun

Sewwieq ta’ mutur ta’ 18- il sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu fiż-Żejtun.

Il-każ seħħ għall-ħabta gtas-2:00, fi Triq il-Labour meta għal xi raġuni l-vittma, ġuvni ta’ 18-il sena residenti Birżebbuġa li kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Kymco, tilef il-kontroll u ħabat f’Ford Transit li kien ipparkjat.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li
weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.