Qed tkompli teskala t-tensjoni bejn il-Viċi President tal-Istati Uniti Kamala Harris u l-Eks President Donald Trump hekk kif fl-aħħar sigħat it-tnejn li huma komplew bil-ħidma tagħhom biex jikkonvinċu iżjed nies biex jivvutaw fl-elezzjonijiet li se jsiru erbat ijiem oħra.
Waqt rally f’Las Vegas, il-kantanta ta’ fama mondjali Jenifer Lopez indirizzat l-udjenza u saħqet li dan l-intervent li għamlet huwa fost l-iktar importanti li qatt għamlet f’ħajjitha.
Lopez, b’referenza għal Kamala Harris, qalet li temmen fil-potenzjal tal-Latini u tan-nisa.
Minn naħa tagħha, Harris qalet li hija mxebba’ bil-firda li nissel fl-Istati Uniti Donal Trump, u żiedet tgħid li mhux qed tibża’ tiġġieled fejn hemm bżonn għax hi konvinta li se tirbaħ.
Donald Trump, minn naħa tiegħu waqt intervista li saritlu f’Ariżona għamel ħiltu biex jiġbor il-voti tal-Kristjani. Fejn qal li forsi hu mhux l-aqwa kristjan però huwa l-unika kristjan li se jwassalhom fl-art imwiegħda.
Huwa stmat li s’issa vvutaw iktar minn 65 miljun persuna fl-elezzjonijiet bikrija, waqt li huwa mifhum li Trump u Harris għadhom ras imb ras.
//= $special ?>