L-infrastruttura hija aspett li tinkwetani, kellu jsir iżjed investiment.
Hekk iddikjara l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat waqt intervista li kellu ma’ Manuel Cuschier fejn qal ukoll li t-tnaqqis fit-tax brackets li tħabbar fil-Budget, kellu jitqassam fuq tliet snin biex isir iktar investiment fl-infrastruttura.
Muscat għamel referenza wkoll għas-sentenza tal-Qorti Ewropea li sabet li l-Gvern Laburista kien qed jitfa’ d-drenaġġ mhux proċesat fil-baħar.
B’attakk ieħor ikun fuq il-Ministri li qalu li hemm il-bżonn li l-popolazzjoni ma tibqax tiżdied bir-rata li qed tiżdied.
Joseph Muscat saħaq ukoll li mhux qed jara impenn ċar fuq numru ta’ proġetti – b’attakk ieħor dirett fuq it-tmexxija ta’ Robert Abela.
Mistoqsi dwar is-surveys li ġew ippubblikati fl-aħħar jiem, Muscat qal li kull stħarriġ huwa ritratt ta’ dak li jkun qed jiġri fil-mument.
Intant Muscat kritika wkoll lill-imsieħba soċjali li qalu li riedu jaraw Budget li jagħti viżjoni.
Joseph Muscat kien mistoqsi anke dwar id-dejn tal-pajjiż u l-fatt li Malta daħlet f’Excessive Deficit Procedure, b’Muscat jipprova jagħti x’jifherm li dan mhux inkwetanti.
//= $special ?>