Fil-Budget, il-Gvern ma ħabbar ebda skola ġdida.
L-Università ġiet minsija totalment.
Lanqas l-MCAST ma ssemma’.
L-MUT tgħid li dan il-Budget nesa jindirizza waħda mill-aktar problemi serji; l-isplużjoni tal-popolazzjoni tat-tfal fl-iskejjel ta’ pajjiżna.
Issa, apparti dawn il-problemi kollha, inħolqot sitwazzjoni ġdida bil-kaos tal-pagi.
Kollox beda l-Ħamis filgħaxija meta l-edukaturi bdew jiriċievu s-salarju tagħhom. U diversi għalliema innutaw żbalji ħoxnin – f’xi każi paga inqas, u f’każi oħrajn daħlulhom flus extra li jridu jirritornawhom. Bil-Gvern qed jgħid li jaf joħodhom mill-paga li jmiss.
Net News staqsa lill-Ministru Clifton Grima proprju dwar din is-sitwazzjoni, fejn indika b’mod ċar li kien konxju b’dan it-taħwid kollu.
Jidher li hemm żgur mal-100 għalliem li jridu jerġgħu jibagħtu lura ammont konsiderovoli tal-paga lura lill-Ministeru.
Dan it-taħwid enormi fil-pagi tal-għalliema kien rappurtat kemm lill-MUT u anke lill-UPE. U f’xi każi, id-differenza fis-salarju titla’ għal eluf ta’ ewro.