Fi tmiem din il-ġimgħa, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Malta International Darts Open fejn madwar 400 parteċipant minn madwar l-Ewropa se jiġu f’pajjiżna sabiex jieħdu sehem f’diversi kompetizzjonijiet li se jsiru.
Fost il-pajjiżi li se jieħdu sehem, apparti Malta, hemm ukoll l-Estonja, l-Ingilterra, l-Iskozja, l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Italja, l-Iżvizzera, l-Ungerija, Franza, ir-Rumanija, Wales, il-Bulgarija, Ċipru u Franza.
Se jkun hemm diversi kategoriji mhux biss dawk tal-irġiel u tan-nisa singles u doubles, iżda wkoll għaż-żgħażagħ, Standing Para Darts u Wheelchair Para Darts.
Il-logħob se jibda mil-lum il-Ġimgħa mit-tlieta ta’ waranofsinhar ‘il quddiem u jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd li ġej meta jintemm bil-finali ta’ diversi kompetizzjoni. Kollox se jsir fis-sala tal-Iskola Sekondarja ta’ Santa Lucija.
//= $special ?>