L-imprenditur biljunarju Elon Musk – is-sid tal-kumpannija SpaceX u s-sit ‘X’ għall-midja soċjali – fl-aħħar sigħat ma ppreżentax ruħu l-qorti għal smigħ relatat ma’ allegati abbużi ‘inaċċettabbli’ relatati mal-elezzjoni presidenzjali tal-5 ta’ Novembru, fl-Istati Uniti.
Is-smigħ jikkonċerna l-premjijiet – offruti minn Musk u ekwivalenti għall-miljuni ta’ dollari fi flus kontanti – li qed jittellgħu fost l-Amerikani li jissieħbu jew jagħtu xi forma ta’ kontribut lill-kampanja elettorali tal-Partit Repubblikan… Partit li qed jittama li jeleġġi mill-ġdid lil Donald Trump bħala President.
Dawn il-premjijiet qed jingħataw lir-residenti fl-aktar Stati Amerikani – ‘Swing States’ – li jistgħu jkunu determinanti għar-riżultat konklussiv tal-elezzjoni. Premjijiet li x’aktarx qed jingħataw bi ksur sfaċċat għal-liġi elettorali, b’Musk qed jiċħad li l-aġir tiegħu għandu jitqies bħala illegali.
Il-Prosekuzzjoni, sadanittant, qalet li Musk u r-rappreżentanti legali tiegħu ressqu d-dokumenti legali biex il-każ ikun ittrasferit għal quddiem qorti federali.
Madankollu, hemm kull possibbiltà li, fiċ-ċirkustanzi, il-biljunarju għandu jinstab ħati dwar disprezz tal-qorti – u meta fl-aħħar sigħat komplew jitħabbru r-rebbieħa tal-‘giveaways’ ta’ flus kbar fl-iskema ta’ Musk u l-grupp America PAC li qed imexxilu l-kampanja ta’ promozzjoni għall-Partit Repubblikan.
//= $special ?>