Il-Partit Nazzjonalista jtenni li hi tal-mistħija kif il-Partit Laburista u l-GWU qed jippruvaw iwaħħlu fil-ħaddiema tal-PBS għall-aġir illegali tat-tmexxija tal-PBS.
Huma biss il-Ministru Owen Bonnici, iċ-Chairman tal-PBS u l-Editur tal-PBS li huma responsabbli mill-ħtif assolut tal-PBS bħala magna ta’ propaganda politika tal-Gvern u tal-Partit Laburista, kif ukoll tal-illegalità meta qed jiksru l-liġi u l-ordni tal-Qorti.
Il-Partit Nazzjonalista jappella biex il-ħaddiema ta’ rieda tajba fil-PBS ma jaqgħux vittmi ta’ kampanji ta’ qerq u ingann fil-konfront tagħhom mill-Gvern u mill-Partit Laburista bl-għan li jbeżżagħhom.
– Ara l-post tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fuq https://www.facebook.com/piccininomichael/posts/pfbid0VpNGFMJCyKmEa8UeE4yZtTtKSn34dRbdpo5uJ3RaYUZcqoBiY3WPyPUDi8DJ3MoYl
//= $special ?>