GŻIRA UNITED…………………..3
ŻABBAR ST.PATRICKS………….1
Gżira United: D.Zarkov, M. Gabriel, E.Pepe, T.Aldama (F.Hassani 90’) , Z.Scerri, M. Dias (B.Borg 90’) , C. Luis (J.Minala 90’) , E. Saint (F. Zuniga 90’) , A.De Paixao, K.Tulimieri (A.Borg 63’), T.Espindola
Żabbar St.Patricks: M.Grech , J.Micallef, W. Felix, S. Ilic (M.Azzopardi 72’), J.Tavares, Z.Grech (J.Thomas 59’), S. Jovancic, L. Agius (B.Gambarte 72’), V. De Paiva, D. Jovicic, D.Souza (M.Ferreira 27’)
Imwissija: E.Pepe 45’, B.Borg 90’ (G), B.Gambarte 81’, I.Davley 90’ (Ż)
Gżira United komplew il-mixja tagħhom lejn post mal-ewwel sitta b’rebħa tajba fuq Żabbar St.Patricks ta’ 3-1. B’dan ir-riżultat, Żabbar jokkupaw l-aħħar post fil-klassifika b’4 punti wara 10 partiti.
Gżira United stennew biss 8 minuti biex ħadu l-vantaġġ meta l-Internazzjonali Malti Mentz xeħet ġewwa bir-ras minn kross ta’ Espindola.
Żabbar irnexxielhom jiksbu d-draw fl-20 minuta permezz ta’ Dorde Jovicic li sab ix-xibka minn korner ta’ Zachary Grech,
Gżira marru fil-vantaġġ għat-tieni darba fil-61 minuta permezz ta’ azzjoni brillanti ta’ Dias li ġiet magħluqa bix-xutt tajjeb ta’ De Paixao minn quddiem il-lasta.
L-aħħar gowl tal-partita jasal permezz ta’ azzjoni tajba maħduma minn De Paizao fejn isib lil Grech li jikkonkludi fix-xibka.
Ritratt: Joseph Galea
//= $special ?>