Il-President Myriam Spiteri Debono ħalliet Malta għal Londra, fejn fil-jiem li ġejjin se tiltaqa’ mal-pazjenti Maltin li qed jirċievu t-trattament, u l-qraba tagħhom.
Il-President se żżur diversi sptarijiet fejn hemm pazjenti Maltin qed jirċievu t-trattament, u se tiltaqa’ mal-uffiċjali tal-Fondazzjoni Puttinu Cares u mas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù.
Fl-ewwel żjara tagħha f’Londra, il-President Spiteri Debono se żżur ukoll l-Ambaxxata ta’ Malta f’Londra.
Matul din iż-żjara, il-President tinsab akkumpanjata minn żewġha Dr Anthony Spiteri Debono, kif ukoll uffiċjali tal-Presidenza u tal-Malta Community Chest Fund, fosthom iċ-Chairperson Sina Bugeja. Id-delegazzjoni Maltija mistennija tirritorna Malta nhar il-Ħamis li ġej.
Fil-jiem li l-President Spiteri Debono se tkun f’Londra, Dr Francis Zammit Dimech se jkun qed iservi bħala Aġent President.
//= $special ?>