Internazzjonali

L-aħħar rankatura fil-kampanja presidenzjali

Hekk kif l-elezzjoni fl-Istati Uniti se ssir tlett ijiem oħra, il-Viċi President Kamala Harris u l-eks President Donald Trump it-tnejn iffukaw il-kampanji tagħhom fuq Wisconsin.

Kamala Harris kellha l-appoġġ tal-kantanta Cardi B, illi qalet li ma kienitx se tivvota sakemm ġiet nominata Harris.

Fil-messaġġ illi wasslet…Harris wegħdet li se tinvesti aktar fil-kumpaniji tal-manifattura, li taqqas l-għoli tal-ħajja u tiġġieled l-kriminalità. Qalet ukoll li ż-zgħażagħ huma determinati biex jgħixu f’pajjż mingħajr l-vjolenza bl-armi u jiġġieldu l-kriżi klimatika.

Trump minn naħa tiegħu beda r-rally f’Wisconsin billi stqasa jekk l-udjenza hix qed tgħix aħjar issa milli kienu erba’ snin ilu.

Hu kellu problemi tekniċi fil-bidu tar-rally…tant li deher viżibbilment irrabjat għall-fatt li l-mikrofonu tiegħu ma bediex jaħdem sew.

Wara Wisconsin, Donald Trump qed jagħlaq il-kampanja tiegħu b’rallys f’North Carolina u Virginia, waqt li Harris sejra fl-istat ta’ Georgia u anke f’North Carolina.

66 miljun persuna diġa’ xeħtu l-vot tagħhom fil-votazzjoni bikrija.