Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu.
Il-ħabta seħħet fi Triq L-Iskola fis-Siggiewi bejn karozza tal-għamla Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 31 sena residenti Birkirkara u Maruti Gypsy misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti Birkirkara.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u l-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.