Lokali

Mara tqila tweġġa’ f’inċident bejn karozza u serkin

Żewġ żgħażagħ u mara li qed tistenna tarbija ittieħdu l-isptar wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ li seħħ bejn karozzza u serkin.

L-inċident kien rappurtat lill-Pulizija għall-ħabta tas-7 u nofs ta’ filgħodu, u seħħ fi Triq l-Imdina.

Il-Pulizija qalet li żiemel kien qed jinstaq bis-serkin minn żewġ żgħażagħ – ġuvni ta’ 18-il sena u tfajjel ta’ 15-il sena.

Jidher li għal xi raġuni ż-żiemel sfratta wara li laqat karozza, b’wieħed miż-żgħażagħ isofri ġrieħi gravi f’rasu.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Iklin, li kien akkumpanjat minn mara tqila ta’ 34 sena mis-Siġġiewi.

Hi ttieħdet l-isptar għall-osservazzjoni minħabba li kienet qedgħa fi stat ta’ xokk wara l-ħabta.