Żewġ żgħażagħ u mara li qed tistenna tarbija ittieħdu l-isptar wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ li seħħ bejn karozzza u serkin dalgħodu għall-ħabta tas-7:30 fi Triq l-Imdina.
Jidher li ż-żiemel li kien qed jinstaq bis-serkin minn żewġ żgħażagħ, ġuvni ta’ 18-il sena u tfajjel ta’ 15-il sena, sfratta wara li ħabat ma’ karozza, b’wieħed miż-żgħażagħ jweġġa’ bi ġrieħi gravi f’rasu.
Is-serkin ħabat ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Iklin, li kien akkumpanjat minn mara tqila ta’ 34 sena mis-Siġġiewi.
Il-mara ttieħdet l-isptar għall-osservazzjoni minħabba li kienet qedgħa fi stat ta’ xokk wara l-ħabta.