Atletika Sport

Abdi Nageeye jirbaħ il-maratona ta’ New York

(Ritratt: EPA)

L-atleta Olandiż Abdi Nageeye rebaħ il-maratona ta’ New York meta temm f’sagħtejn seba’ minuti u 39 sekonda. Hu temm sitt sekondi qabel Evans Chebet li rebaħ l-istess maratona fl-2022. Albert Korir temm fit-tielet post filwaqt li ċ-champion Olimpiku Tamirat Tola temm fir-raba’ post.

Nageeye qal li kien iffukat mill-bidu tat-tellieqa fejn iddeskriva t-tmiem ta’ din il-maratona bħala ħolma.

Intant, fil-kategorija tan-nisa, kienet l-atleta Kenjana Sheila Chepkirui li rebħet din il-maratona f’ħin ta’ sagħtejn 24 minuta 35 sekonda u temmet 14-il sekonda qabel l-atleta li rebħet il-maratona tas-sena li għaddiet Hellen Obiri. Chepkirui, li rebħet il-bronż fil-Logħob tal-Commonwealth tal-2022, kienet ta’ ispirazzjoni għal sħaba l-atelti Kenjani hekk kif fit-tielet post temmet Vivian Cheruiyot.