Sport Sport Ieħor

Francesco Bagnaia jirbaħ fil-Malasja bit-titlu tal-Moto GP mistenni jiġi deċiż fl-aħħar tellieqa

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq Taljan u champion renjanti Francesco Bagnaia żamm it-tamiet tiegħu li jerġa’ jsir champion tal-Moto GP ħajjin meta rebaħ il-Grand Prix ta’ qabel tal-aħħar li sar fil-Malasja.

Hu temm tliet sekondi qabel ir-rivali Spanjol Jorge Martin biex kiseb l-għaxar rebħa tal-istaġun. B’din ir-rebħa jfisser li l-istaġun se jiġi deċiż fl-aħħar tellieqa hekk kif id-distakk ta’ punti bejn iż-żewġ sewwieqa huwa ta’ 24 punt, b’Jorge Martin jinsab fl-ewwel post.

Ħabta kerha fil-bidu tat-tellieqa bejn Brad Binder, Jack Miller u Fabio Quartararo waslet it-tellieqa biex tkun posposta għal xi ħin.

L-aħħar tellieqa tal-Moto GP kienet skedata li ssir fiċ-ċirkwit ta’ Valencia fil-15 ta’ Novembru, iżda kawża tal-għargħar li ħakmu lil din il-belt fl-aħħar jiem, dan se jkun qed isir f’Barcelona.