Il-Partit Nazzjonalista jesprimi s-solidarjetà profonda tiegħu mal-poplu ta’ Spanja wara l-għargħar devastanti li laqat reġjuni differenti tal-pajjiż.
Fi stqarrija Beppe Galea, is-Segretarju Internazzjonali PN; u Beppe Fenech Adami, ix-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u l-Kummerċ; qalu li l-ħsibijiet tagħhom huma mal-vittmi, il-familji tagħhom, u dawk kollha affettwati minn dan id-diżastru naturali.
Galea u Fenech Adami estendew l-appoġġ tagħhom lill-Gvern Spanjol u l-forzi tal-emerġenza li qed jaħdmu bla waqfien biex jgħinu lil dawk fil-bżonn. Bħala alleata u ħabiba ta’ Spanja, Malta tibqa’ magħquda mal-poplu Spanjol f’dan il-mument diffiċli.
Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jafferma l-impenn tiegħu għall-kooperazzjoni u s-solidarjetà internazzjonali, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi, u nħeġġu għal aktar appoġġ u għajnuna biex ikomplu l-isforzi ta’ rkupru u bini mill-ġdid fi Spanja.
//= $special ?>