Il-Gvern qed jgħid li qabbad avukati Amerikani sabiex jagħtuh parir kif jista’ jipproċedi wara li Steward – aktar kmieni din is-sena – iddikjaraw falliment.
Dan intqal illum fi stqarrija ta’ żewġ linji maħruġa minn Kastilja.
L-istqarrija tinsisti li l-Gvern mhux se jikkummenta aktar biex ma jippreġudikax il-każ. Iżda fl-istess waqt jikkonferma li fadal “xhur” sabiex il-proċeduri ta’ arbitraġġ jiġu konklużi.
Dan l-arbitraġġ kien infetaħ minn Steward Healthcare quddiem il-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali.
Sa issa, il-Gvern għadu ma ġabx lura lanqas ċenteżmu mill-miljuni kbar li tlifna bħala pajjiż grazzi għal dan id-deal frawdolenti li wettaq il-Gvern Laburista ma’ Vitals u Steward. Jingħad li minn dan id-deal insterqu xejn anqas minn €400 miljun.
//= $special ?>