Internazzjonali

Harris v Trump: Attakki fuq xulxin lejn it-tmiem tal-kampanja presidenzjali fl-Istati Uniti

L-aħħar stħarriġ ta’ opinjoni qed jindika li t-tellieqa għall-White House bejn il-Viċi President Amerikan Kamala Harris u l-Eks President tal-Istati Uniti Donald Trump ma tistax tkun aktar imprevedibbli. Dan f’sitwazzjoni fejn kwalunkwe vot għandu jgħodd f’numru ta’ Swing States li kapaċi jiddeċiedu r-riżultat tal-elezzjoni għall-Presidenza Amerikana li ssir nhar it-Tlieta, 5 ta’ Novembru.

Harris, il-kandidat tal-Partit Demokratiku fil-Gvern; u Trump, il-kandidat tal-Partit Repubblikan; qed jikkonkludu l-kampanji rispettivi u fost rapporti li, sal-bieraħ, laħqu vvutaw ‘il fuq minn 80 miljun Amerikan matul il-fażi bikrija tal-proċess elettorali.

Kamala Harris, waqt li indirizzat lill-partitarji Demokratiċi fl-Istat ta’ North Carolina, sostniet li għandha tnaqqas it-taxxi għal aktar minn 100 miljun Amerikan f’każ li tieħu t-tmexxija tal-pajjiż. Hi anki akkużat lil Donld Trump li ‘ħsiebu biss biex jikseb livell ogħla ta’ poter u li permezz tiegħu ma jkollu għalfejn iwieġeb lil ħadd għall-aġir tiegħu’.

Donald Trump ukoll kien qed ikompli bil-kampanja f’North Carolina – wieħed mis-‘Swing States’ – u fejn wiegħed li jintroduċi sistema biex tnaqqas malajr l-inflazzjoni. Hu kompla li beħsiebu jimplimenta politika ‘biex twaqqaf il-gwerra ta’ Kamala Harris fuq il-qasam tal-enerġija għall-Amerikani’.

Sadanittant, għajnejn l-elettorat u tal-osservaturi barra l-Istati Uniti diġà qed iduru lejn is-Swing States li se jinkwadraw bil-kbir fl-analiżi tal-elezzjoni matul il-jiem li ġejjin u li huma ArizonaGeorgiaMichiganNevadaNorth CarolinaPennsylvania u Wisconsin