Lokali

“Malta Żagħżugħa – tema li tirrifletti viżjoni ta’ partit b’saħħtu, dinamiku u li lest jaffaċċja l-futur” – Joseph Grech

Il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Joseph Grech sostna li Malta Żagħżugħa hi ferm iktar minn slogan, imma tfisser ukoll soċjetà li tagħti sapport lill-familji, Malta li tiftaħ l-opportunitajiet kollha possibbli, pajjiż attiv u fejn kull individwu jista’ jikkontribwixxi għal bidla.

Hu inisista li l-poplu għandu jkun protagonist tal-bidla, u l-Partit Nazzjonalista hu dak il-partit li kapaċi joffri din l-opportunità lill-poplu Malti Għawdxi kollu

Joseph Grech kompla jgħid li l-Partit Nazzjonalista kapaċi jmexxi dan il-pajjiż b’enerġija ġdida u b’viżjoni ta’ Malta li tikkultiva ħsieb ħieles, u fl-aħħar mill-aħħar ħeġġa li twassal għal progress soċjali.

Malta Żagħżugħa tfisser li jrid ikollna pajjiż ġust li joħloq komunitajiet b’saħħithom u li fl-aħħar mill-aħħar jiżgura futur sabiħ li jħeġġeġ liż-żgħażagħ tagħna jibqgħu jimirħu f’dan il-pajjiż u jaraw futur b’saħħtu.