Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ f’Sao Paulo f’Grand Prix iddominat mix-xita

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix ta’ Sao Paulo fil-Brażi, fi tmiem il-ġimgħa, li kien iddominat mix-xita.

Fit-tieni post temm Esteban Ocon filwaqt li Pierre Gasly temm fit-tielet post. Verstappen li beda din it-tellieqa mis-17-il post, irnexxielu jagħmel dak li deher impossibli u temm fl-ewwel post fejn wara t-tellieqa stqarr li kellu numru ta’ emozzjonijiet li nbidlu matul it-tellieqa kollha.

George Russell ta’ Mercedes temm fir-raba’ post filwaqt li Charles Leclerc ta’ Ferrari temm fil-ħames post. Lando Norris u Yuki Tsunoda temmew fis-sitt u s-seba’ post rispetttivament. Oscar Piastri temm fit-tmien post filwaqt li Liam Lawson temm fid-disa’ post. Lewis Hamilton temm fl-għaxar pożizzjoni.