Raġel ma nstabx ħati li kkaġuna l-mewt ta’ tfajla Taljana ta’ 15-il sena (ritratt) li xtrat l-alkoħol mill-ħanut tiegħu, u spiċċat fis-sakra, ħassitha ħażin meta kienet fil-gallarija ta’ ħabiba u waqgħet u spiċċat mejta fi triq ġewwa Tas-Sliema.
Dak li beda bħala ġurnata divertenti għaż-żewġt iħbieb spiċċat fi traġedja aktar tard dik illejla meta Julia Marra inklinat fuq il-poġġaman tal-gallarija biex tirremetti. Dik il-waqgħa fatali tat bidu għal investigazzjonijiet kriminali li rriżultaw f’akkużi ta’ omiċidju involontarju kontra sid il-ħanut tal-mini market minn fejn it-tfajliet kienu xtraw l-alkoħol iktar kmieni dakinhar.
Steve Grima ta’ 47 sena kien akkużat li fit-12 ta’ Mejju 2020 biegħ alkoħol lil klijenti taħt l-età, sigħat qabel it-traġedja seħħet għall-ħabta tat-8.50pm. Il-ħabiba tal-vittma, tfajla Russa, semmiet kif iltaqgħu għall-ewwel darba fid-dar tagħha fi blokk ta’ appartamenti ta’ Tigné Point, qabel marru lejn il-bajja f’Tas-Sliema.
“Imbagħad morna nieħdu l-alkoħol u morna fil-bajja l-oħra, ġewwa l-Exiles. Wara xrobna, għomejna aktar u mxejna lura sad-dar tiegħi u mbagħad seħħ l-inċident.” Ix-xhud qalet li xtraw flixkun inbid rosé, żewġ fliexken birra, luminati alkoħoliċi u flixkun vodka żgħir minn mini market tul The Strand.
Hija identifikat lil Grima minn dak illejl iżda kienet tafu għax ġieli xtrat mingħandu. Ladarba waslu l-appartament, Marra, ċittadina Taljana li tgħix f’San Ġwann, bdiet tilmenta li rasha kienet qed tħossa ddur. Marret fil-kamra tal-banju biex taħsel wiċċha b’ilma kiesaħ qabel marret fil-kamra tal-ħabiba tagħha.
“Imbagħad ħarġet tieħu ftit arja friska għax kienet tassew panikuża u bdiet tibki,” qalet ix-xhud, u spjegat li l-ħabiba tagħha ġeneralment tibki meta tixrob. Kienet tibża’ li jsiru jafu l-ġenituri tagħha talli kienet fis-sakra.
Ix-xhud qalet li mbagħad għenet lil ħabibha biex toqgħod fuq siġġu fil-gallarija barra l-kamra tas-sodda tagħha. “Il-ġenituri tagħha baqgħu jċemplulha,” xehdet iż-żagħżugħa. It-tfajla Russa daħlet ġewwa mumentarjament biex tiċċarġja l-mobile tagħha meta semgħet “dan massiv bħal ħabta –- “ma kontx hemm fil-mument eżatt tal-waqgħa”.
Omm ix-xhud kienet waslet biex tieħu ‘shower’ meta seħħ l-inċident. Il-mara xehdet li kienet marret lura d-dar ftit qabel u kienet qed tieħu telefonata meta bintha daħlet fil-kamra tagħha biex tgħid “hi!” Waqt li kienet lesta biex tieħu doċċa l-omm, f’daqqa waħda semgħet “xi ħoss storbjuż u stramb minn barra”.
Bintha daħlet u qalet li Marra kienet waqgħet mill-gallarija. “Kont qed nittama għal miraklu,” qalet l- omm hekk kif niżlet tiġri, mikxufa u panikuża. L-ambulanza u l-Pulizija ssejħu. Paramediku li wasal fuq il-post qalilha li ma setgħu jagħmlu xejn.
Meta omm il-vittma ċemplet in-numru tagħha, għaddiet il-mobile lill-Pulizija li ħa t-telefonata. Waqt il-każ tal-Qorti, espert medikolegali kkonferma li ma kien hemm l-ebda ‘foul play’. Traċċi ta’ rimettar fuq il-gallarija indikaw li l-vittma kienet inklinat fuq il-puġġaman biex spiċċat waqgħet.
Il-patoloġi ċċertifikaw li sofriet korriment kbir f’rasha konsistenti ma’ waqgħa. Testijiet tossikoloġiċi kkonfermaw li kienet ikkunsmat l-alkoħol ftit qabel l-inċident. Meta tat is-sentenza, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, qalet li kien meħtieġ li tiġi stabbilita rabta kawżali biex tal-ħanut jinstab ħati.
Ma kien hemm l-ebda dubju li t-tfajliet kienu fil-pussess tal-alkoħol dakinhar, kif jixhdu ritratti. L-espert qal li f’dawk iċ-ċirkostanzi persuna tkun diżorjentata, ma tkunx tista’ tiffoka, timxi f’linja dritta jew titlef il-bilanċ. L-evidenza forensika kkonfermat l-istat tal-vittma.
Madankollu, għalkemm il-ħabiba tal-vittma Insistiet li x-xorb kollu nxtara mill-ħanut tal-akkużat, il-Qorti ddubitat jekk dan kienx hekk. It-taħlita tal-cocktails fil-pussess tal-bniet kienet disponibbli biss minn katina ta’ ħanut partikolari dak iż-żmien. Barra minn hekk, il-ħabiba tagħha qatt ma qalet li Grima biegħ ix-xorb. Qalet li “kien hemm żewġt irġiel”, l-akkużat u “gentleman anzjan”.
Fl-aħħar nett, il-bejjiegħ tal-ħanut ġie mixli b’responsabbiltà bħala d-detentur tal-liċenzja. Iżda rappreżentant tal-Kummerċ mit-Taqsima tal-Liċenzjar tal-Kummerċ xehed li mill-2016, ħwienet kummerċjali bħal dawn ma kenux jeħtieġu liċenzja biex joperaw.
Għalhekk, Grima seta’ jinżamm biss responsabbli personalment u dik ir-responsabbiltà ma ġietx ippruvata, temmet tgħid il-Qorti.
L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri kienu l-avukati difensuri.