Fi Stadio Diego Maradona, Napoli kienu maħsuda minn Atalanta u tilfu bl-iskor ta’ 3-0. Żewġ gowls fl-ewwel taqsima ta’ Ademola Lookman, fit-18 u fil-31 minuta, poġġew lit-tim minn Bergamo 2-0 fil-vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima. It-tim immexxi minn Gian Piero Gasperini baqa’ jagħlaq l-ispazji b’mod tajjeb u ġab fix-xejn l-attakki ta’ Napoli, biex fit-92 minuta Meteo Retegui għalaq il-partita għal skor ta’ 3-0.
Intant Inter approfittaw minn dan ir-riżultat ta’ u f’darhom għelbu lil Venezia bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl deċiżiv kien skorjat fil-65 minuta permezz ta’ Lautaro Martinez.
Ikompli wkoll il-mument pożittiv ta’ Fiorentina hekk kif barra minn darhom għelbu lil Torino 1-0. Il-gowl deċiżiv kien skorjat erba’ minuti qabel il-mistrieħ permezz ta’ Mosie Kean.
Rebħa drammatika għal Verona meta għelbu lil Roma 3-2. Kienu Verona li marru fil-vantaġġ wara 13-il minuta permezz ta’ Casper Tengstedt. Matias Soule ġab l-iskor indaqs għal Roma fit-28 minuta biex fl-34 minuta Giangiacomo Magnani għamilhom 2-1. Roma ġabu l-iskor indaqs fit-tieni taqsima permezz ta’ Artem Dovbyk. Verona skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-88 minuta permezz ta’ Abdou Harroui. Lejn it-tmiem, Verona sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Dailon Rocha Liveramento.
//= $special ?>