Sport Sport Ieħor

O’Sullivan jegħleb lil Nutcharut b’diffikultà wara li l-partita kellha titwaqqaf numru ta’ drabi

Ronnie O’Sullivan avvanza għar-rawnd li jmiss fl-International Championship li qed isir f’Nanjing, fiċ-Ċina, meta għeleb lil Mink Natcharut li tinsab fl-ewwel post fir-ranking tad-dinja tan-nisa 6-3.

O’Sullivan kien f’forma mill-aqwa u rnexxielu jagħmel break ta’ 132 punt fl-aħħar frame. Il-bidu ta’ din il-partita ttardja b’50 minuta meta numru ta’ spettaturi daħlu għal din il-partita, bil-partita li kienet qed tintlagħab kellha tintemm qabel.

Nutcharut kellha bidu tajjeb u rebħet l-ewwel frame, b’O’Sullivan jirkupra u jirbaħ erba’ frames konsekuttivi. Fir-rawnd li jmiss, Ronnie O’Sullivan se jkun qed jilgħab kontra He Guoqiang.