Raġel ta’ 34 sena sofra ġreħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gudja.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-13:15, f’Dawret il-Gudja, meta għal xi raġuni seħħet ħabta
bejn mutur Honda XR250 misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħal Għaxaq, u Nissan Micra
misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Gudja.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>