Il-Ħadd waranofsinhar, żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti l-Imtarfa kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu, Mazda Demio.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:15pm f’roundabout fi Triq il-Kbira, meta l-vettura li kien qed isuq spiċċat tidħol f’siġra.
Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa, filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija sabiex tinstab il-kawża tal-inċident.
//= $special ?>