Żewġt itfal ta’ 6 u 11-il sena kienu involuti f’ħabta li seħħet ilbieraħ f’Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar, għall-ħabta tal-11 pm.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Imġarr, u Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Mosta. Fil-Honda Fit kien hemm ukoll tliet passiġġieri, mara ta’ 35 sena residenti x-Xagħra, tifel ta’ 6 snin u tifla ta’ 11-il sena.
Filwaqt li x-xufier tat-Toyota Vitz ma weġġax, il-persuni li kienu fil-Honda Fit sofrew xi ġrieħi u għalhekk issejħet ambulanza u tim mediku li assista lill-vittmi. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar tard il-mara kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-persuni l-oħra sofrew ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>