Il-klijenti ta’ MeDirect li jużaw il-Mastercard debit card tagħhom matul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru jistgħu jibbenefikaw minn cashback ta’ €20 kull xahar.
Biex jibbenefikaw mill-Mastercard Pay & Get Rewards Programme, il-klijenti jridu jagħmlu mill-inqas ħames tranżazzjonijiet online li jammontaw għal €100 jew aktar, jew l-ekwivalenti jekk it-tranżazzjonijiet isiru f’muniti oħra.
Il-klijenti jingħataw il-cashbacks fuq cards, kemm fiżiċi u anke virtwali, għal kull xahar li fih jonoraw it-termini tal-promozzjoni.
Il-MeDirect debit card, li hija offruta b’xejn, tista’ tiġi ordnata u mmaniġjata mill-pjattaforma tal-online banking jew mil-mobile app. Il-klijenti jistgħu japplikaw kemm għal cards fiżiċi kif ukoll virtwali li jistgħu jintużaw għax-xiri kemm fi ħwienet u anke online, kif ukoll għall-ġbid ta’ flus kontanti. Id-debit card tista’ tintuża globalment, kull fejn jaċċettaw il-Mastercard.
Barra minn hekk, id-debit card ta’ MeDirect toffri l-faċilità lill-klijenti sabiex faċilment ikunu jistgħu jagħmlu użu minn kontijiet f’muniti differenti. Dan ifisser li l-klijenti jistgħu jixtru oġġetti f’dawk il-muniti mingħajr ma jkollhom iħallsu spejjeż tal-kambju. Il-klijenti ta’ MeDirect igawdu wkoll minn benefiċċji oħrajn bħall-faċilità li jsiru trasferimenti SEPA, esegwiti fl-istess ġurnata, mingħajr ħlas.
Ingrid Micallef, Head – Wealth ta’ MeDirect Malta, qalet: “Wara s-suċċess li ġab is-servizz il-ġdid tal-cards u t-tnedija riċenti ta’ digital wallets, qed naraw dejjem aktar klijenti li qed jibbenifikaw mill-benefiċċji offruti mid-debit card ta’ MeDirect. Mill-4 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Diċembru, MeDirect issieħeb ma’ Mastercard sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll minn cashback ta’ €20 kull xahar fuq il-card li jużaw biex jagħmlu minimu ta’ ħames tranżazzjonijiet online li jammontaw għal aktar minn €100.”
//= $special ?>