Il-funeral tal-kantant ta’ fama internazzjonali Liam Payne mistenni li jsir il-ġimgħa d-dieħla, fil-Katidral ta’ San Pawl, f’Wolverhampton.
Payne tilef ħajtu b’mod traġiku fis-16 ta’ Ottubru li għadda wara li waqa’ madwar tliet sulari minn gallarija ta’ lukanda li tinsab f’Buenos Aires. Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-katavru ta’ Liam Payne kien qed jinżamm f’ċimiterju Britanniku, fl-Arġentina, sakemm l-awtoritajiet kienu għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.
Għaldaqstant, il-katavru ta’ Payne mistenni li jkun lura r-Renju Unit sa 48 siegħa oħra.
//= $special ?>