“Malta għandha bżonn Gvern ta’ kwalità. U Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed iwassal din il-viżjoni.”
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech fid-diskors li wassal it-Tnejn fil-Parlament… fejn spjega li se jkun Gvern ġdid Nazzjonalista li se jipprovdi politika ta’ soluzzjonijiet; għaliex taħt Gvern Laburista, il-pajjiż mhux qed jingħaraf… b’kuntrast mal-mod kif kien imexxi Gvern Nazzjonalista.
Fid-diskors li wassal ġimgħa wara l-Budget, Bernard Grech stqarr li l-PN għandu proposti konkreti fuq il-vjolenza domestika, l-akkomodazzjoni soċjali, fuq il-faqar, l-għaqdiet volonatrji, iż-żgħażagħ, it-tfal, il-ġenituri, is-settur tas-saħħa, is-saħħa mentali, l-edukazzjoni, il-biedja u s-sajd, it-traffiku, l-ekonomija l-ambjent, it-tnaqqis tat-taxxi, l-anzjani u anke għal Għawdex.
Bil-Kap tal-PN iwiegħed li se jkun qed jagħti lura s-sena kontribuzzjoni li l-Gvern seraq mill-bwiet tal-ħaddiema.
Fil-viżjoni ppreżentata minn Bernard Grech, Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun wieħed li jindirizza l-ħafna sfidi li għandu l-pajjiż – PN li jiggverna għall-poplu, u Gvern li jmexxi bi trasparenza u prinċipji.
Huwa fakkar kif dan il-Gvern ma indirizzax il-problemi tan-nies; imma spiċċa jikkontrolla lin-nies.
Bernard Grech wiegħed li Gvern Nazzjonalista kapaċi joffri mill-ġdid pajjiż ta’ kwalità, bilgħaqal, u mimli talenti.
Id-diskors kien twil madwar sagħtejn, b’dikjarazzjonijiet ċari li waqqgħu għal kollox ir-retorika ta’ Robert Abela. Iżda fuq kollox… dikjarazzjonijiet li preżentaw pjan ċar għal pajjiżna.
//= $special ?>