Ewropa Lokali

Illum se jsir il-‘grilling’ ta’ Glenn Micallef bħala Kummissarju nominat

Illum waranofsinhar se jsir il-‘grilling’ ta’ Glenn Micallef fil-Parlament Ewropew bħala Kummissarju nominat, dan wara li ftit tax-xhur ilu l-Kummissarju Ewropew Ursula Von Der Leyen assenjatlu l-portafoll taż-żgħażagħ, il-ġustizzja bejn il-ġenerazzjoniiet, l-isport u l-kultura.

Is-smigħ ta’ Glenn Micallef se jibda għall-ħabta tas-2:30pm u jiġi fi tmiemu għall-ħabta tal-5:30pm.

B’kollox iridu jinstemgħu 26 Kummissarju Nominat, bil-President tal-Kummissjoni Ewropeja Ursula Von Der Leyen, diġà kkonfermata.

Imbagħad, wara li jkunu nstemgħu l-Kummissarji nominati, issir l-evalwazzjoni dwarhom b’dan il-proċess għandu għaddej sal-21 ta’ Novembru li ġej.

Intant, id-deċiżjoni finali dwar jekk għandhiex tiġi approvata l-Kummissjoni l-Ewropea l-ġdida mistennija li tingħata bejn il-25 u t-28 ta’ Novembru wara dibattitu li se jsir fil-Parlament Ewropew.