Xarabank li baqgħet nieżla f’foss qalb l-għoljiet fid-distrett ta’ Ramnagar, fl-Indja, ħalliet tal-anqas 36 persuna mejta bl-operazzjoni tas-salvataġġ baqgħet għaddejja għall-kumplament tal-passiġġieri rappurtati nieqsa.
Rapporti internazzjonali qalu li abbord ix-xarabank kien hemm madwar 44 persuna meta għal xi raġuni x-xufier tilef il-kontroll bil-konsegwenza li x-xarabank spiċċat f’foss li huwa madwar 50 metru fond.
Intqal ukoll li numru ta’ vittmi mietu mal-impatt, b’filmati fuq il-midja soċjali juru x-xarabank prattikament meqruda għal kollox.
Intant, il-Gvern ħabbar li se jkun qed jagħti kumpens lill-qraba tal-passiġġieri li kienu abbord fuq ix-xarabank.
//= $special ?>