Raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Qormi weġġa’ gravi wara li waqa’ bil-mutur.
L-inċident seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tal-11:15 fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi stess.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li waqa’.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn ftit tal-ħin wara ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>