Il-President Maia Sandu kisbet il-maġġoranza tal-voti fit-tieni rawnd ta’ votazzjoni fl-elezzjonijiet Presidenzjali fil-Moldova – minkejja l-allegat indħil mir-Russja.
Sandu kisbet maġġoranza ta’ 55% fl-elezzjonijiet li saru l-Ħadd, għal kuntrarju tal-kandidat Alexandr Stoianoglo – kandidat li kien imbuttat mis-Soċjalisti fil-Moldova li huma favur ir-Russi.
Il-President Maia Sandu hi favur li l-Moldova tintegra sew mal-Istati Membri l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>